Eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw f’Havana kontra l-Gvern Komunist ta’ Kuba, sabiex jingħataw lura id-drittijiet, id-demokrazija u sejġu sabiex tiġi kkontrollata l-pandemija fil-pajjiż permezz tal-vaċċin.
Dawn il-protesti, li huma vera rari f’Kuba, bdew wara li l-pajjiż irrapporta numru enormi ta’ każijiet tal-Covid-19, fejn saħansitra fil-jum tal-Ħadd il-pajjiż ra sebat elef każ pożittiv.
Il-midja internazzjonali qalet kif il-President ta’ Kuban qal li l-protestanti huma mħallsin mill-Amerika jiddistabilizzaw lill-pajjiż.
Ritratt: EPA