Aktar minn 20,000 persuna nġabru fil-belt kapitali Russa, fejn qegħdin jitolbu elezzjonijiet ħielsa.
Huma nieżlu fit-toroq sabiex jitolbu li l-kandidati tal-oppozizzjoni jkunu kandidati reġistrati fl-elezzjonijiet li se jsiru f’Settembru li ġej.
L-awtoritajiet irrifjutaw milli jirregistraw lil kandidati tal-oppozizzjoni minkejja li ġabu aktar minn 5,000 firma li riedu jinġabru sabiex ikunu jikkontestaw.