Eluf kbar ta’ nisa ħarġu fit-toroq Pollakki biex jipprotestaw kontra liġi ġdida li ddaħħlet fi bliet Pollakki b’rabta mal-abort.
Il-Ħamis li għadda l-Qorti ddeċidiet li tipprojbixxi kważi kull tip ta’ abort – bl-eċċezzjoni tkun f’każ ta’ stupru, inċest jew meta l-ħajja tal-omm tkun f’riskju.
Iżda abort meta l-fetu jkun malformat, li jammontaw għal 98% tat-terminazzjonijiet tas-sena li għaddiet, issa ġiet illegali.