Eluf ta’ persuni ħarġu fit-toroq tal-kapitali Belġjana Brussell jipprotestaw kontra ftehim iffirmat dwar l-immigrazzjoni imbuttat mill-Ġnus Magħquda.
Bosta partit tal-lemin ħarġu juru l-għadab tagħhom viċin numru ta’ binjiet tal-istituzzjonijiet Ewropeja hekk kif qed jgħidu li dan il-ftehim għandu jżid l-influss ta’ immigranti.
Il-pulizija kienet kostretta tispara l-gass tad-dmugħ u tferrex l-ilma biex tikkontrolla s-sitwazzjoni.
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu wkoll li gruppi tax-xellug u għaqdiet filantropiċi ħarġu wkoll isemmgħu l-vuċi tagħhom favur dan il-patt tal-immigrazzjoni.