Mindu fetaħ il-bibien tiegħu madwar sena ilu, kienu aktar minn ħmistax-il elf u sitt mitt ruħ li marru fl-uffiċċju ta’ Business First fl-Imrieħel jistaqsu għall-għajnuna biex jiftħu n-negozju.
Il-Business First joffri għexieren ta’ servizzi differenti taħt saqaf wieħed fosthom servizz minn uffiċjali governattivi dwar il-VAT u t-taxxa, uffiċjali mill-Ministru tat-Turiżmu u -Trasport.
One News tkellem mal-Kap Eżekuttiv ta’ Business First Marika Tonna li spejgat li matul is-sena, iċ-ċentru fl-Imrieħel kompla jestendi s-servizzi tiegħu bis-sehem ta’ aktar dipartimenti tal-Gvern. Żiedet li matul is-sena se jibda jiġi offrut servizz mid-Dipartiment tad-Dwana.
Tonna qalet li “Aħna naħdmu ma’ tlieta u tletin dipartiment tal-gvern, it-tlieta u tletin dipartiment tal-gvern b’xi mod jew ieħor dejjem jiddependi mill-ġeneru li jkollok li għandhom x’jaqsmu mal-business u dawk kollha għandna xi forma ta’ agreement magħhom biex jew joffru s-servizzi minn hawnhekk jew jekk isaqsu lilna imbagħad aħna nsaqsu lilhom u within twenty-four hours aħna lill-klijenti nagħtuhom risposta.”
Is-Sinjura Tonna qalet li fl-ewwel sena ta’ ħidma, aktar minn 15-il ef u sitt mitt persuna marru b’saqajhom fl-uffiċċju fl-Imrieħel. Apparti dan, iċ-ċentru wieġeb aktar minn tlett elef u sitt mitt email u aktar minn 17-il elf u ħames mitt telefonata.
Waqt li spjegat li d-dipartiment tal-VAT qed jaqbilbu kollox online, madankollu qalet li ċ-ċentru se jibqa’ jgħin lil negozjanti li jkunu jeħtieġu għajnuna dwar il-ħlas tat-taxxa.
Spjegat kif “Min din is-sena l-VAT se jibdew ftit ftit jaqilbu kollox online, peró xorta ikun hemm min ikollu xi problemi jista’ jigi hawnhekk ikellimhom”
Hija spjegat ukoll li ċ-ċentru joffru wkoll għajununa lin-negozji biex jibbenefikaw minn inċentivi li tal-Gvern.
Qalet li “Hawnhekk mhux biss ngħinuhom bir-regolamenti tal-gvern imma anke bl-inċentivi. Mela hemm inċentivi tal-malta enterprise u hemm ħafna inċentivi, jiġifieri jistgħu jiġu hawnhekk u nispejgawlhom u ngħidulhom liema l-aktar inċentivi li jgħoddu għalihom.”
Hija ħabbret ukoll li għaddejja ħidma biex l-istudenti jitgħallmu kif jiftħu l-kumpanija tagħhom.
Spjegat kif “Issa qegħdin naħdmu mal-ministeru tal-edukazzjoni biex aħna wkoll nintroduċu dik li jgħidulha t-third wage jiġifieri minn etá żgħira l-istudenti jibdew jaħsbu mhux biss li jaqbdu l-professjoni u jsibu xogħol, peró wkoll li jiftħu l-azjendi tagħhom.”
Il-Kap Eżekuttiv sosnte li l-Business Firs huwa mod konkret ta’ servizzi li jagħmlu l-ħajja tan-negozjanti aktar faċli.