Numru konsiderevoli ta’ bram tat-tip bluebottle resaq qrib il-kosta ta’ Queensland, fl-Awstralja, fejn eluf ta’ għawwiema spiċċaw ingidmu, b’konsegwenza li kellhom jingħalqu l-bajjiet ikkonċernati.
Surf Life Saving Queensland stqarret li 2,600 persuna rċeviet trattament fi tmiem din il-ġimgħa.
Il-gidma ta’ din il-brama tikkawża uġigħ però mhix letali għall-bniedem.
Riħ qawwi mbotta lill-bram f’kolonji sħaħ lejn il-bajjiet.
Madwar 13,000 gidma ġew rrapurtati u kienu tliet darbiet iktar mill-istess perjodu tas-sena preċedenti.
Dan seħħ fil-Gold Coast u r-reġjuni tas-Sunshine Coast.
Il-brama tat-tip bluebottle hija ta’ lewn blu b’qisien ta’ 15-il ċentimetru f’tul. L-għawwiema jistgħu jiġu migduma kemm jekk ikunu fuq ir-ramel jew fil-baħar.
Il-gdim jista’ jiġi ttrattat bis-silġ jew b’ilma sħun. Surf Life Saving Queensland qalet li xi nies kellhom bżonn trattament mit-tobba fi tmiem il-ġimgħa.
In-numru ta’ dawn il-każijiet ma ġiex miktub.