Wara sentejn fejn fihom il-Karnival tradizzjonali Malti jew ma sarx minħabba l-pandemija jew inkella sar permezz ta’ edizzjoni ridotta, bosta kienu dawk li laqgħu bi ħġarhom il-Karnival 2023.
Dan kien is-sentiment li esprimew bosta li tkellmu magħna, minn tekniċi sa żeffiena, hekk kif ilkoll tennew kif jinsabu kuntenti li r-renju tal-bluha reġa’ lura għal mod kif ikoll imdorrijin bih.
Uħud qalulna hekk: “Illum aħna qegħdin inħossuna li erġajna ġejna bħalma konna wara sentejn Covid hux. Erġajna ġejna issa nieħdu pjaċir fiż-żmien tal-karnival, sentejn tbatija għax ma stajniex ninżlu għad-delizzju li kellna hux. Issa erġajna qed naqbdu nieħdu l-pjaċir tagħna u kellu bżonn it-temp u hekk jidher li ħa jżomm għal dawn it-tliet ijiem li fihom igawdi kulħadd kemm aħna l-karristi u kemm il-poplu Malti u Għawdxi.”
“Naħseb xi ħaġa li jekk tmissilna l-karnival lilna tmissilna kollox il-Beltin.”
“Għamilna tliet snin il-maħżen, ħriġna bi prodott finali li xorta għal qalbna.”
“Wara sentejn hux xorta iebsa ta’ imma tissaportiha u terġa’ toħroġ il-frott hux.”
“Konna qed nistennewh hux, konna minn tal-inqas sentejn weqfin mingħajr dan il-briju u hekk.”
“Ilna sentejn neqsin minn dawn l-attivitajiet, għamilna sagrifiċċju kbar bil-familji, bit-tfal, bil-ħajjata, aħna l-ħaddiema u qegħdin ingawduh. Inzertalna temp sabiħ u ngawduh kemm nistgħu.”
Waqt li konna qed interrqu fit-toroq tal-Belt Valletta ma naqsux ukoll dawk l-istejjer mill-imgħoddi illi ħafna għoġobhom jaqsmu magħna.
Huma qalulna hekk: “Kien inqas briju mil-lum. Anki bħala kostumi ma kienux bħal tal-lum qabel kienu aktar żgħar.”
“Tajjeb jiena nafu antik, naf li kienu jwaddbu l-perlini. Sabiħ tal-lum ukoll imma l-antik, l-antik.”
“Xi libsa mqatta’ niġru hu, niġbru l-perlini u xi ħelwa hekk konna.”
“Kont niġi ma’ missieri u hekk niftakar.”
“Il-parata u t-tfal jitfgħu l-perlini.”
“Tal-lum aħjar qiegħed għax iktar modern u anki l-ilbies tagħhom iktar sabiħ.”
“Dari aħna ta’ tfal li konna niġru barra u hekk mhux dan il-lussu, għaliex dan il-lussu verament sabiħ.”