Il-Festa ta’ Santa Marija hija festa mistennija minn ħafna.
Festa sinonima max-shutdowns, fejn għal ġimgħa sħiħa, bosta ħaddiema jaqtgħu ftit mir-rutina ta’ kuljum u min imur xi btala, min jerħilha lejn il-gzira għawdxija jew inkella jgawdu ftit ħin ta’ mistrieħ fuq xi bajja.
Oħrajn ifakkru l-Festa ta’ Santa Marija, billi jattendu għal marċi tradizzjonali ta’ din il-festa.
Seba paroċċi – Il-Mosta, Il-Gudja, Ħal Għaxaq, Imqabba, Qrendi, Ħ’Attard u r-Rabat Għawdex ifakkru tlugħ tal-Madonna fis-sema. Ċelebrazzjonijiet li kienu fil-qofol tagħhom minn lejliet il-festa, b’ħafna spettakli ta’ nar fosthom fl-Imqabba.
One News zar il-marċi tradizzjonali tal-Mosta u l-Gudja.
Għal Mostin din is-sena l-festa ta’ Santa Marija hija ċelebrazzjoni doppja hekk kif fil-bidu ta’ dan ix-xahar minn knisja Arċipretali għoliet għat-titlu ta’ bazilika minuri taħt il-Papa Franġisku.
Fil-Mosta tkellimna ma uħud mill-persuni li attendew għal marċ. Spikka l-briju fost dawk li l-festa ta’ Santa Marija ikunu qegħdin jistennewha wara tant preparamenti.
Il-Briju ma naqasx ukoll fil-Gudja. Briju li jkompli jixhed id-devozzjoni li għadha tattira lejha din il-festa, sena wara sena.
Dilettanti tal-festa fil-Gudja tkellmu magħna kif din is-sena kellhom qalbhom imtertqa li mhux se jiċċelebraw il-festa bħas-soltu minħabba t-temp.
Hekk kif sa lejlet il-festa, maltempata ta’ ftit ħin ħakmet postijiet diversi fil-gzejjer maltin.
Il-qofol ta’ dawn il-festi intlaħaq filgħaxija, fejn is-seba paroċċi joħorġu l-istatwa ta’ Santa Marija għal purċizzjoni tradizzjoni.
Sabiex nhar il-Ħadd – Ħad Dingli, l-Imġarr u Zebbuġ Għawdex ifakkru ukoll l-festa ta’ Santa Marija, li tradizzjonalment jiċċelebraw l-festa ħadd wara l-ħmistax ta’ Awissu.