Eluf kbar attendew bi ħġarhom il-mixja annwali b’risq Puttinu Cares.
Kmieni l-Ġimgħa filgħodu , saħansitra qabel ix-xemx bdiet tbexbex madwar għaxart elef persuna bdew bil-mixja tagħhom mill-Mellieħa sakemm waslu fuq il-Fosos il-Furjana.
Il-mixja kienet twila madwar 22 kilometru u l-Fosos raw l-ewwel nies deħlin lesti mill-mixja madwar l-4 ta’ filgħodu.