Eluf ta’ nies attendew bi ħġarhom f’dik li hija meqjusa l-akbar avveniment ta’ Pride fil-Polonja.
Il-parata favur l-ugwaljanza saret f’Varsavja fil-Polonja, fi sfond ta’ diskriminazzjoni li qed tkompli tiżdied kontra l-komunità LGBT fil-pajjiż.
Il-President Pollakk Andrzej Duda sostna li hu se jkun qed jaħdem kontra li koppji tal-istess sess jiżżewġu jew jaddottaw.
Minkejja li bħalissa koppji tal-istess sess ma jistgħux jadottaw, uħud mill-awtoritajiet lokali daru mal-liġi u ħallewhom jaddottaw bħala ġenituri waħedhom, iżda l-Gvern Pollakk se jkun qed jindirizzaha biex ma jibqgħux jitħallew jaddottaw.