Il-Marsa Sports Ground bħalissa jinsab miżgħud b’eluf ta’ Maltin u barranin għat-tieni edizzjoni ta’ Unite with Tomorrowland.
Kunċett li joffri ċelebrazzjoni ta’ mużika mill-aqwa amalgamata ma’ spettaklu mimli kulur u divertiment.
Unite with Tomorrowland huwa ħolqa minn sensiela ta’ ċelebrazzjonijiet f’seba pajjiżi oħra li kollha kemm huma ser jixxandru live fil-festival annwali tant rinomat fil-Belġju u li jintemm għada l-Ħadd 29 ta’ April.
Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi żar il-Marsa Sports Grounds, li bi preparazzjoni għal dan l-avveniment tant famuż inbidel f’arena mimliha b’kuluri u dawl mill-isbaħ.
Wasal għal darb’ oħra it-tieni edizzjoni ta Unite by Tomorrowland li qed iseħħ ġewwa Malta fejn il-pajjiż tagħna ser jingħaqad mal-Belġju u sitt pajjiżi oħrajn għal event u festival mill-aqwa madwar id-dinja.
Din is-sena aktar minn 50 nazzjonalità differenti ta’ nies ġew Malta apposta sabiex jattendu għal-Unite with Tomorrowland. Dawn jinkludu nies mill-Amerika, Brażil u saħansitra ċ-Ċina.
Din is-sena żdied il-bejgħ għal barranin filfatt in-numru ta’ turisti li qed jiġu apposta għal dan il-festival żdied ukoll.
Il-preparamenti għal dan l-avveniment saru kollha f’pajjiżna, bix-xogħol kollu maħdum minn kuntratturi u ħaddiema Maltin.
Fost oħrajn, xogħol tal-piroteknika, ta’ karti u konfetti, dawl, sound u anke x-xogħol kollu fuq il-palk li fuqu qed idoqqu diversi artisti lokali u internazzjonali.
Nilqgħu b’sodisfazzjon ukoll li s-supply chain maltija, il-kuntratturi Maltin ħadu ħsieb ukoll il-maġġoranza tal-productions u l-pyrotechnics.
Fost l-artisti ta’ fama internazzjonali li se jkunu qed idoqqu tul iċ-ċelebrazzjoni hemm Steve Aoki, Nervo u Vinai.
L-avveniment beda fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar u jintemm aktar tard fis-sagħtejn ta’ filgħodu.