Eluf inġabru għall-funeral tal-qassis Franċiż li nqatel fi Knisja minn żewġ Iżlamisti estremisti l-ġimgħa li għaddiet. Iċ-ċerimonja pubblika seħħet fil-Katidral ta’ Rouen fin-Normandija.
Iż-żewġ aggressuri, li ammettew l-alleanza tagħhom mal-Istat Iżlamiku, huma ta’ 19-il sena nqatlu b’tir mill-pulizija wara li żammew ostaġġi. Sadanitant bħala parti mill-ġlieda kontra r-radikalizazzjoni, l-Gvern Franċiż għalaq għoxrin moskea.