Għexieren t’eluf ta’ persuni ħadu sehem f’dimostrazzjoni fil-kapitali Irlandiża biex isemmgħu leħinhom għall-bidla fil-liġijiet tal-abort.
“The March for Choice” hija l-ewwel dimostrazzjoni li qed issir f’Dublin minn meta l-Prim Ministru Irlandiż qal li jrid jagħmel referendum dwar l-abort fis-Sajf li ġej.
Il-liġijiet tal-abort fl-Irlanda huma fost l-iżjed stretti fl-Ewropa; bit-terminazzjoni ssir biss f’każijiet meta ħajjet l-omm tkun f’riskju.
Madanakollu huma eluf in-nisa li kull sena jsiefru barra mill-pajjiż biex jagħmlu abort, u l-piena massima t’abort illegali fl-Irlanda hija t’14 –il sena ħabs.