Matul il-jum tat-Tlieta, madwar 70,000 persuna marru u selmu lill-Papa Emeritus Benedittu XVI, billi żaru l-katavru tiegħu fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.
In-numri tal-ilbieraħ jaqbżu n-numri ta’ nies li marru matul il-jum tat-Tnejn, hekk kif marru iżjed minn 65,000 persuna.
L-eks Papa Benedittu XVI miet nhar is-Sibt li għadda fl-età ta’ 95 sena.
L-aħħar tislima se ssir għada fl-istess Bażilika u l-funeral tiegħu se jkun ikkonċelebrat mis-suċċessur tiegħu, il-Papa Franġisku.
Il-Papa Benedittu XVI kien il-Kap tal-Knisja Kattolika bejn l-2005 u l-2013; sakemm huwa rriżenja u kien l-ewwel Papa f’600 sena li għamel dan.