Matul tmiem il-ġimgħa, eluf ta’ Taljani marru jitlaqqmu għal kontra l-Covid-19.
Dan hekk kif f’dan il-pajjiż fiż-żmien li ġej se jkunu qed jiżdiedu miżuri restrittivi għal dawk li ma tlaqqmux għal kontra l-Covid-19.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern Taljan ta’ Mario Draghi ħabbar li se jagħmel il-vaċċin b’mod mandatorju għal dawk li għandhom ‘il fuq minn ħamsin sena.
Din il-miżura mistennija tidħol fis-seħħ min-nofs Frar.
Dawk li mhux se jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin validu se jkunu sospiżi mix-xogħol tagħhom.
Din mhiex l-ewwel miżura li l-Gvern Taljan għamel il-vaċċin mandatorju għal gruppi ta’ nies fis-soċjetà.
Dan hekk kif f’Ottubru li għadda, il-Gvern ta’ Draghi għamel il-vaċċin b’mod obbligatorju għall-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u l-għalliema.
L-Italja għandha t-tieni l-akbar rata ta’ mwiet bil-Coronavirus fl-Ewropa, wara r-Renju Unit.