Il-Forzi Navali fl-Awstralja evakwaw mal-1,000 turist u resident li kienu maqbuda f’villaġġ fin-nar ftit ‘il barra minn Victoria. Rappreżentanti tal-Gvern qalu li din kienet operazzjoni bla preċedent tar-rilokazzjoni tal-massa, wara li eluf ta’ persuni ħarbu lejn il-bajja hekk kif l-imsejħa bushfires ħakmu villaġġ sħiħ fl-inħawi.
Dawk salvati f’din l-operazzjoni mistennija jittieħdu f’Western Port, vjaġġ li mistenni jieħu madwar 16-il siegħa.
L-evakwazzjoni kienet waħda volontarja fejn 60 persuna ttellgħu fuq ħelikopter biex jittieħdu f’Western Port, iżda eventwalment il-viżibilità fl-inħawi ggravat u ma kienx sigur li jsiru l-evakwazzjonijiet bl-ajru.
Il-vapur li mbagħad intuża fl-evakwazzjoni kapaċi jżomm ftit mijiet ta’ persuni, u vjaġġ addizzjonali huwa possibbli skont id-domanda.