Aktar minn 6,000 persuna ġew evakwati minn djarhom minħabba li nirien kbar ħakmu bosta djar fit-Tramuntana ta’ Kalifornja fl-Amerika.
Id-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar f’Kalifornja qal li nħarqet mal-1,400 tomna t’art; b’elf tomna nħarqu fl-ewwel sagħtejn.
Il-qawwa tan-nirien kienet waħda kbira tant, li d-duħħan beda jidher minn 110 kilometri ’l bogħod.
Dan in-nar kien ftit ’l bogħod min-nirien oħra li bosta ħaddiema tal-emerġenza ilhom għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat jissieltu biex jitfu.