Mat-22,000 persuna ġew ordnati biex jevakwaw hekk kif nirien kbar ħakmu belt turistika ewlenija fl-Amerika li tinsab fil-fruntiera bejn Kalifornja u Nevada. Infatti ż-żona hija fgata bid-duħħan.
In-nar diġà nfirex aktar minn 700 kilometru kwadru li qered dak kollu li sab quddiemu.
Il-kundizzjoni tat-temp mhix qed tgħin lill-ħaddiema tat-tifi tan-nar biex jikumbattu n-nirien. Infatti huwa maħsub illi l-operazzjoni tat-tifi tan-nar se tieħu aktar fit-tul.
Intant, minn naħa l-oħra l-istat ta’ Mississippi kien milqut minn urugan li ħalla żewġ persuni mejta u għexieren oħra midruba.
Dan hekk kif l-urugan Ida wassal għal triq prinċiġali tinkiser, tant li wħud mill-karozzi spiċċaw waqgħu ġol-ħofra li żviluppat kawża ta’ dan il-maltemp.