Eluf attendew manifestazzjonijiet madwar Franza sabiex jonoraw il-memorja ta’ Samuel Paty, l-għalliem li qatgħulu rasu wara li wera cartoons tal-Profeta Muhammed lit-tfal fil-klassi.
Diversi persuni ħarġu bi ħġarhom bl-għajta ta’ Je Suis Samuel.
Samuel Paty inqatel nhar il-ġimgħa li għadda maġenb l-iskola li kien jgħallem fiha hu stess viċin Pariġi.
S’issa ġew arrestati ħdax-il persuna b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-għalliem inqatel għaliex kien qed jgħallem il-libertà tal-espressjoni.