Il-kantant ta’ fama mondjali Elton John, ta l-aħħar kunċert tiegħu fi Stokkolma, bħala parti mill-aħħar tour tiegħu.
Elton John, li għandu 76 sena, ilu għaddej b’dan it-tour mill-2018, bl-isem ta’ Farewell Yellow Brick Road.
Fl-aħħar indirizz tiegħu huwa qal lill-ammiraturi tiegħu li se jibqgħu, f’qalbu u f’ruħu.
Huwa qal li mhux se jerġa’ jagħmel tour ieħor, iżda jista’ jkun jagħmel xi affarijiet żgħar.
Elton John fetaħ is-serata bil-kanzunetta Bennie and the Jets, mill-album Goodbye Yellow Brick Road, 1973.
Wara l-interpretazzjoni tal-kanzunetta Goodbye Yellow Brick Road, huwa tkellem dwar il-perkors tal-karriera tiegħu, fejn qal li ma jista’ jinsa qatt lill-ammiraturi tiegħu.
Ritratt: Sky News