Aktar minn 100,000 persuna f’Kuba ġew evakwati filwaqt li tliet persuni tilfu ħajjithom kawża tal-maltempata tropikali Elsa li laqtet lill-Karibew.
Din il-maltempata issa riesqa lejn l-istat ta’ Florida, bl-uffiċjali qed jittamaw li l-maltemp ma jxekkilx l-isforzi kollha li qed isiru waqt l-operazzjoni ta’ salvataġġ li għaddejja bħalissa fil-bini li ġġarraf ġimagħtejn ilu.
Minħabba dan il-ħsieb, fil-jum tat-Tnejn, b’mod ikkontrollat, twaqqgħet il-parti tal-bini li ma ġġariftx hekk kif żdiedet il-biża’ li l-maltemp seta’ kkawża t-tiġrif tal-bini, li kellu problemi strutturali, b’mod li tfixkel il-ħidma ta’ salvataġġ.