Tnejn mill-aktar biljunarji magħrufa madwar id-dinja fis-settur tat-tekonoloġija qablu li jiġġieldu ma’ xulxin f’gaġġa.
Elon Musk, is-sid tal-kumpanija Tesla u li riċentament xtara l-pjattaforma soċjali Twitter, sfida lil sid il-Facebook u l-Instagram, Mark Zuckerberg, għal cage fight.
Zuckerberg wieġeb billi staqsa lil Musk biex jgħidlu fejn xtaq li ssir.
Musk wieġeb “Vegas Octagon”, li huwa l-post fejn isiru l-avvenimenti popolari tal-ġlied tal-UFC f’Las Vegas.
Fi tweets oħra, Musk kompla jgħid kif, minkejja li rari jagħmel attività sportiva, huwa għandu movimenti partikolari li jipprattika f’xi ġlieda.
Min-naħa l-oħra, Zuckerberg ilu jipprattika l-arti marzjali u saħansitra rebaħ kampjonat tal-jiu-jitsu riċentament.
L-iskambji bejn dawn il-biljunarji qajmu kontroversja sħiħa fl-isfera tal-midja soċjali, b’diversi jiddibattu dwar min minnhom jirbaħ il-ġlieda jekk issur u saħansitra jirriklamaw dan l-avveniment surreali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI