Elon Musk, li huwa meqjus bħala l-aktar raġel sinjur fid-dinja, ħa f’idejh Twitter.
Qed ikun mifhum li Musk xtara dan is-sit tal-midja soċjali għal $44 biljun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dalgħodu, fuq Twitter, Elon Musk qal li “l-għasfur inħeles”. Dan b’referenza għas-simbolu ta’ dan is-sit soċjali, li huwa għasfur.
Skont rapporti fil-midja Amerikana, il-kap eżekuttiv, l-uffiċjal finanzjarju u l-uffiċjal legali tal-kumpanija m’għandhomx parti minn din il-kumpanija.