Il-multi-biljunarju Elon Musk ħeġġeġ lin-nies f’pajjiżi żviluppati biex ikollhom aktar tfal waqt li kien qed jitkellem f’festival politiku bl-isem ta’ Arteju f’Ruma.
Huwa kien mistieden mill-Prim Ministru Taljan Giorgia Meloni fejn stqarr kif jekk ir-rati ta’ twelid jibqgħu li huma l-kulturi bħal dawk tal-italja, il-Ġappun u Franza jispiċċaw f’riskju li jintilfu u miżuri biex ireġġgħu lura t-tnaqqis fil-popolazzjoni se jkunu ta’ detriment għall-ekonomiji tal-pajjiżi affettwati.
Dan is-sentiment imur id f’id ma’ waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Gvern ta’ Meloni li saħansitra fil-Budget għas-sena d-dieħla għaddew għadd ta’ proposti intiżi biex jgħinu familji bit-tfal.
Musk qal ukoll li hu favur l-immigrazzjoni legali u li hu ambjentalist.