L-ogħna raġel tad-dinja, Elon Musk, qal li se jwaqqaf l-offerta tiegħu milli jixtri Twitter. Qed jallega li nkisru xi termini mill-ftehim li kien hemm biex hu jixtri dan is-sit soċjali għal 44 buljun Dollaru Amerikan.
Musk qal li Twitter naqas milli jipprovdi biżejjed informazzjoni dwar profili foloz fost oħrajn. B’reazzjoni għal dan, Twitter qal li se jkun qed jieħu azzjoni legali kontra Elon Musk sabiex tinforza l-ftehim maqbul.
Għalhekk, mhux ekluż li tibda battalja legali bejn iż-żewġ partijiet, f’saga li ilha għaddejja minn April li għadda, meta l-imprenditur wera l-interess tiegħu biex jikseb dan is-sit soċjali.