Fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares, ġie ppubblikat ritratt ta’ mument ħelu dalgħodu fis-swali tal-Isptar Mater Dei, meta ċ-ċkejkna Ella temmet it-trattament tal-kimoterapija wara sentejn u tliet xhur.
“It-tbissima fuq fommha hi kollox – kburin bik u nawgurawlek ħafna saħħa” – kitbulha ta’ Puttinu.
Iċ-ċkejkna Ella tidher biswit kejk fl-isptar flimkien mal-ġenituri tagħha, biex tikkommemora dan il-mument tant sabiħ f’ħajjitha wara snin ta’ tbatija.
one.com.mt jawgura lil Ella għal ħajja feliċi wara vjaġġ iebes tikkumbatti l-mard.