Bandisti mill-Iscouts tal-Marsa qegħdin jirrapreżentaw lil pajjiżna fil-Basel Tattoo 2022, fil-ħmistax-il edizzjoni tagħha.
Il-Basel Tattoo hija xow militari li ssir kull sena bil-parteċipazzjoni ta’ baned militari minn nadwar id-dinja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-edizzjoni ta’ din is-sena qed issir f’Basel, l-Isivzzera u fiha qed jiċċelebraw bandisti mill-Afrika t’Isfel, l-Awstralja, l-Iskoazja, l-Indja u l-Iżvizzeri, fost l-oħrajn.