F’Ġunju, il-persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad niżlu għal 2,432.
Tnaqqis ta’ 1,009 fuq l-istess xahar is-sena ta’ qabel meta dawk jirreġistraw għax-xogħol kienu jlaħħqu t-3,441.
Dawk jirreġistraw għax-xogħol naqsu f’kull kategorija, filwaqt li l-ikbar tnaqqis kien fost dawk li ilhom jirreġistraw inqas minn 21 ġimgħa.
Anke fejn għandhom x’jaqsmu l-etajiet, kważi kollha rreġistraw tnaqqis, bl-uniku eċċezzjoni jkun dak tal-persuni taħt l-għoxrin sena. Naqsu wkoll il-persuni b’diżabbiltà jirreġistraw għal impjieg.