Fi Franza, matul il-ġurnata tal-Ħadd għaddejjin l-elezzjonijiet lokali madwar il-pajjiż. Din l-elezzjoni qed issir f’nofs l-imxija tal-Coronavirus.
Il-votazzjoni fetħet fis-7 ta’ filgħodu u se tibqa’ miftuħa sas-6 ta’ filgħaxija. Sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar ivvutaw 18% biss, 5% inqas mill-aħħar elezzjonijiet li saru fl-2014.
Sabiex jipprevenu l-firxa ta’ dan il-virus, l-uffiċjali lebsin l-ingwanti u hemm is-sanitisers fl-entratura tal-postijiet tal-votazzjoni.
Franza hija waħda mill-iktar postijiet milquta minn dan il-virus fil-kontinent Ewropew wara l-Italja u Spanja. F’dan il-pajjiż ingħalqu l-postijiet pubbliċi fosthom restoranti u postijiet ta’ divertiment.