llum qed isiru l-elezzjonijiet każwali dan sabiex jimtlew il-ħames siġġijiet vakanti ta’ deputati tal-Partit Nazzjonalista. Il-proċess, li beda ftit tal-ħin ilu, qed isir wara li ħames deputati tal-PN telgħu fuq aktar minn distrett wieħed u għalekk kull kandidat elett ċeda wieħed sabiex minfloku tiġi eletta persuna oħra.
Seba’ Distrett Elettorali
Il-post tbattal minn Beppe Fenech Adami. Jista’ jimtela minn Sam Abela, Antoine Joseph Borg, Godfrey Farrugia, Peter Micallef, Mario Ian Vassallo.
Għaxar Distrett Elettorali
Il-post tbattal minn Robert Arrigo. Jista’ jimtela minn Alan Wadge Abela, Karol Aquilina, Graziella Attard Previ, Roselyn Borg, Albert Buttigieg, Wayne Hewitt, George Pullicino, Nicholas Refalo u Evelyn Vella Brincat.
Ħdax-il Distrett Elettorali
Post tbattal minn Simon Busuttil. Jista’ jimtela minn Simonia Aquilina, Fatima Maria Deguara, Graziella Galea, Alexander Louis Mangion, Alexander Perici Calascione.
Ħdax-il Distrett Elettorali
Post tbattal minn David Agius. Jista’ jimtela minn Ivan Bartolo, Maria Fatima Deguara, Graziella Galea, Louis Alexander Mangion, Alexander Perici Calascione
Tlettax-il Distrett Elettorali
Post tbattal minn Marthese Portelli. Jista jimtela minn Kevin Cutajar, Joseph Ellis, Vincent Galea, Ryan Mercieca, Maria Portelli, David Stellini u Jason Zammit.