L-aħħar ftit sigħat tal-elezzjoni presidenzjali fit-Turkija ħadu xejra kemxejn ħażina hekk kif il-kandidati ewlenin kellhom kliem iebes għal xulxin.
Il-President Erdogan għal darb’ oħra qiegħed jittanta xortih sabiex jestendi l-għoxrin sena tiegħu fit-tmun b’ħames snin oħra.
Dan filwaqt li l-mexxej tal-Oppożizzjoni, ir-rival ta’ Erdogan, qiegħed ifittex l-appoġġ ta’ votanti nazzjonalisti billi wiegħed li se jkun qiegħed ikeċċi miljuni ta’ refuġjati Sirjani.
F’dan ir-rigward, il-President akkużah bi kliem ta’ mibegħda u sostna li rebħa għall-Oppożizzjoni tkun tfisser rebħa għat-terroristi.