B’mod dirett miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista one.com.mt qed iwassal rapportaġġ b’rabta mal-elezzjoni għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Laburista.
Il-filmati li se jidhru hawn taħt huma diretti mis-sala tal-għadd, filwaqt li l-iktar aġġornamenti riċenti bil-kitba ssibuhom fin-naħa ta’ fuq. Biex kandidat ikun elett illejla jrid jikseb 50%+1 tal-voti. F’każ li ħadd ma jagħmel dan ikun imiss elezzjoni għada bejn l-iktar tnejn li jkunu kisbu voti.
21.29: B’hekk il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li se jkun hemm elezzjoni oħra għada bejn Chris Cardona u Owen Bonnici.
Wara li sar l-għadd fuq l-imwejjed kollha Owen Bonnici kiseb 224 voti, Chris Cardona 310 u Stefan Zrinzo Azzopardi 213.
21.23: Mill-ħdax u l-aħħar mejda Owen Bonnici kiseb 17 -il vot, Chris Cardona 32 vot u Stefan Zrinzo Azzopardi kiseb 20 vot.
Wara l-ewwel għaxar imwejjed ir-riżultat huwa Owen Bonnici (207), Chris Cardona (278) u Stefan Zrinzo Azzopardi (193)
21.20: Mill-għaxar medja Owen Bonnici kiseb 19-il vot, Chris Cardona 35 u Stefan Zrinzo 15.
21.17: Mid-disa’ mejda Owen Bonnici kiseb 24 vot, Chris Cardona 27 vot u Stefan Zrinzo Azzopardi 17.
21.12: Mit-tmien mejda Owen Bonnici kiseb 21 vot, Chris Cardona, 28 vot u Stefan Zrinzo Azzopardi 19.
21.10: Mis-seba’ mejda Owen Bonnici kiseb 23 vot, Chris Cardona 28 vot u Stefan Zrinzo Azzopardi 16-il vot.
21.09: Mis-sitt mejda Owen Bonnici kiseb 16-il vot, Chris Cardona 29 vot u Stefan Zrinzo Azzopardi 23 vot.
Wara l-ewwel ħames imwejjed ir-riżultat huwa Owen Bonnici (104), Chris Cardona (131) , Stefan Zrinzo Azzopardi (103)
21.01: Mill-ħames mejda Owen Bonnici kiseb 20 vot, Chris Cardona 27 vot u Stefan Zrinzo Azzopardi 21.
20.59: Mir-raba’ medja Owen Bonnici kiseb 25 vot, Chris Cardona 27 vot u Stefan Zrinzo Azzopardi 16.
20.57: Mit-tielet mejda Owen Bonnici kiseb 22 vot, Chris Cardona 29 u Stefan Zrinzo Azzopardi 17.
20.53: Mit-tieni mejda Owen Bonnici kiseb 19-il vot, Chris Cardona 24 u Stefan Zrinzo Azzopardi 24.
20.51: Minn l-ewwel mejda Owen Bonnici kiseb 18-il vot, Chris Cardona 24 u Stefan Zrinzo Azzopardi 25.
20.42: Il-voti tpoġġew fil-garżelli rispettivi tal-kandidati. Bid-diskors li jinstema hu li din se tkun ‘close’ wieħed irid jistenna l-għadd biex jiddetermina tassew fejn serja l-elezzjoni. Il-pass li jmiss huwa li l-Kummissjoni Elettorali qed tiġbor il-voti dubjużi.
20.37: Ladarba n-numru ta’voti qabel ma’ dawk mitfugħa issa l-voti bdew jintefgħu fil-garżella tal-kandidati.
20.32: L-uffiċjali tal-għadd qed jitfgħu l-voti wiċċhom l-isfel filwaqt li kull ‘tim’ ta’ tnejn qed jieħu 68 vot. Meta jibda l-għadd dan isir billi kull tim jgħodd tiegħu b’mod separat. Biex hekk kull vot ikun segwit minn kulħadd.
20.28: Infetħu l-kaxxi u l-voti ta’ Malta u Għawdex tħalltu flimkien. L-ewwel pass biex tibda r-rikonċiljazzjoni li tassigura li kull persuna li vvotat xeħtet il-vot.
20.17: Minn 763 delegat, ivvotaw 752. Dan ifisser li vvotaw 98.56% tad-delegati. Mill-11 li ma vvotawx il-maġġoranza kienu msefrin.
20.05: Wara li għalqet il-votazzjoni l-kaxxi tal-vot se jittellgħu mid-daħla taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, għat-tieni sular fejn sala nbidlet f’waħda tal-għadd tal-voti. L-ewwel li jsir issa huwa l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni. Intant, fuq fomm uħud minn dawk li qed jistennew biex jibda l-għadd hemm l-EURO 2016 u l-post ta’ fejn għandu jitpoġġa l-monument li jfakkar il-vittmi tas-sebgħa ta’ Ġunju.
20.00: Wara jum ta’ votazzjoni mid-delegati tal-Partit Laburista, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista beda l-proċess li għandu jwassal biex ikun magħruf ir-riżultat tal-għażla li għamlu d-delegati matul il-jum.
Kien hemm 763 delegat eleġibbli li jivvotaw għal Deputat Mexxej, bi tliet kontestanti jkunu l-Ministri Owen Bonnici u Chris Cardona u l-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi.
It-tliet kontestanti vvotaw flimkien għal ħabta ta’ nofsinhar wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista vvotaw il-Ħamis filgħaxija.
Tul il-kampanja tagħhom it-tliet kontestanti imbottaw temi differenti, anke jekk fl-aħħar mill-aħħar l-għan li tkellmu dwar kien l-istess. Il-Ministru Owen Bonnici mexxa kampanja bit-tema Qrib Tiegħek, filwaqt li l-Ministru Chris Cardona mexxa l-messaġġ Partit Laburista b’saħħtu. Inkomplu Niksbu s-Suċċess kienet it-tema ta’ Stefan Zrinzo Azzopardi.