Illum se ssir l-elezzjoni li se tiddetermina jekk Malta jkollhiex is-siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, għas-snin 2023 u l-2024.
Fil-Kunsill tas-Sigurtà hemm 15-il siġġu, li ħamsa minnhom huma okkupati b’mod permanenti miċ-Ċina, Franza, ir-Renju Unit, ir-Russja, u l-istati Uniti, filwaqt li għaxra oħra jokkupawhom pajjiżi oħra li jiġu eletti għal perjodu ta’ sentejn.
Sabiex pajjiż jikseb din il-pożizzjoni prestiġġjuża, iridu jivvutaw favur il-kandidatura tiegħu żewġ terzi tal-pajjiżi membri tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Dan ifisser li pajjiżna jrid iġġib minn tal-inqas 129 vot minn 193 membru tqn-Nazzjonijiet Magħquda.
Fil-kampanja sabiex jikseb dan is-siġġu prestiġġjuż, pajjiżna kkampanja b’suġġetti, fosthom il-paċi, is-sostennibilità u s-solidarjetà.
L-aħħar darba li Malta kellha siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda kien kważi 40 sena ilu, fil-perjodu ta’ sentejn bejn l-1983 u l-1984.