Fl-elezzjoni federali fil-Ġermanja, il-Partit Soċjalist Demokratiku ġab l-iżjed ammont ta’ voti mill-partiti kollha.
Dan hekk kif skont l-ewwel previżjonijiet, 25.8% tal-elettorat Ġermaniż ivvota għas-Soċjalisti mmexxija minn Olaf Scholz.
Dan filwaqt li l-Konservattivi ta’ Armin Laschet ġabu 24.2%.
Laschet ħa post Angela Merkel fit-tmexxija tal-Konservattivi.
Merkel kienet fil-poter tal-pajjiż bħala Kanċillier għal kważi 16-il sena.
Wara Scholz u Laschet isegwi l-Partit tal-Ħodor bi ftit aktar minn 14%.
Din hija telfa kbira għall-Konservattivi, hekk kif din hija l-akbar telfa mit-Tieni Gwerra Dinjija.
Dan hekk kif il-Konservattivi naqqsu aktar minn 8% meta mqabbel mal-aħħar elezzjoni fl-2017.
Din ir-rebħa għas-Soċjalisti, li hija waħda minima tfisser li trid issir koalizzjoni ma’ partiti oħrajn sabiex Scholz mhux biss isir Kanċillier iżda jkollu l-maġġoranza fil-Parlament magħruf bħala l-Bundestag.
Skont l-aħħar indikizazzjonijiet, il-Partit Soċjalista se jkollu 205 siġġijiet fil-Parlament Ġermaniż minn total ta’ 730 siġġu.
Biex Gvern ikollu l-maġġoranza assoluta fil-Parlament irid ikollu 366 siġġu.
Il-Partit tal-Ħodor mistenni jagħżel lis-Soċjalisti għall-kollezzjoni.
Intant Laschet ukoll iddikjara li jista’ jifforma Gvern, bl-istampa ċara ta’ min se jkun il-Kanċillier tista’ toħroġ wara ġimgħat ta’ taħditiet.