Il-Kummissjoni Elettorali avżat li fil-jum tal-votazzjoni li ser issir il-Ħamis, 1 ta’ Ġunju, 2017, fl-isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dawn l-isptarijiet m’għandhomx jilqgħu viżitaturi ħlief mis-7.00 pm sat-8.00 pm.
Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorità tal-Isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.