Il-poplu Żvediż mistenni jivvota fl-elezzjoni ġenerali, b’kampanja li kienet iddominata partikolarment mill-partit kontra l-immigrazzjoni.
Mis-sondaġġi jidher li l-Partit tad-Demokratiċi żvediżi għandu 20% appoġġ u mistenni jiġi fit-tieni post, tmien snin wara li daħal fil-parlament. La s-soċjal demokratiċi li jinsabu fil-gvern u l-anqas il-partit ewlieni ċentru lemini mhuma mistennija jirbħu maġġoranza.
Il-Prim Ministru Svediż, Stefan Löfven akkuża lid-demokratiċi svediżi b’estremiżmu u qal li vot lilhom jkun perikoluż.
Intant, l-immigrazzjoni kienet kwistjoni ċentrali fil-kampanja elettorali ta’ din is-sena.