Wara li lbieraħ għalqu n-nomini għall-elezzjoni ġenerali tat- 3 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni elettorali issa qed tilqa’ oppożizzjoni għal xi nomina ta’ kandidati skont Artiklu 51 tal-liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (KAP 354) fl-uffiċċju tagħha f’Evans Building, Triq il-Merkanti, l-Belt Valletta.
Dan jista’ jsir illum il-Ħadd 14 u għada t-Tnejn 15 ta’ Mejju 2017, bejn id-9.00am u s-1.00pm, u bejn it-3.00pm u s-7.00pm.