Il-Kolombjani qed jivvutaw f’elezzjoni presidenzjali pjuttost diviżiva li wasslet għal biża li min jirbaħ jaf ixekkel ftehim ta’ paċi mar-ribelli tal-Farc.
Fl-ewwel elezzjoni mindu l-ftehim kien iffirmat fl-elfejn u sittax, il-votanti se jiddeċiedu fuq min se jieħu post il-President Juan Manuel Santos, li rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi.
Il-kandidat li jinsab fuq quddiem huwa Ivan Duque, li wiegħed li jbiddel il-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ paċi u jitfa l-ħabs lill-eks ribelli tar-reati tagħhom.
Dan filwaqt li Gustavo petro, li jinsab wara Duque, qal li se jirriforma l-politika ekonomika u jerġa jqassam il-ġid mingħand is-sinjuri għal għand il-foqra.