Matul tmiem il-ġimgħa li għadda, uffiċjali tal-Infurzar tad-dwana kkonfiskaw ftit inqas minn 8,000 sigarett tal-kutrabandu kif ukoll 232 flixkun tal-inbid u spirti mingħajr it-timbru tas-sisa mwaħħla fuq il-flixken kif ukoll 150 timbru tas-sisa mhux użat. Dawn l-affarijiet ġew ikkonfiskati f’erba’ każijiet separati.
Fl-ewwel każ, l-uffiċjali tad-Dwana għamlu tfittxija fuq bastiment tal-bunkering. F’din l-ispezzjoni l-uffiċjali elevaw 3,264 sigarett. Żewġ spezzjonijiet oħra li wettqu l-uffiċjali f’żewġ ħwienet f’Ħal Luqa u fil-Belt Valletta nstabu diversi flixken tax-xorb alkoħoliku bla timbri tas-sisa kif ukoll timbri oħra mhux użati.
Fir-raba’ każ, il-Pulizija għadiet lid-Dwana 4,600 sigarett tal-kutrabandu li nqabdu waqt raid li wettqet f’bar fil-Belt Valletta.