Bejn ilbieraħ u llum id-delegati tal-Partit Laburista eleġġew 12 –il membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista. Kienu 19 –il persuna li kkontestaw din l-elezzjoni sabiex eventwalment ġew magħżula 12.
Għal din l-elezzjoni kien hemm 761 delegat eliġġibli biex jivvutaw u minnhom 637 tefgħu l-vot tagħhom li jfisser 83.7% tad-delegati li vvutaw f’din l-elezzjoni.
Intant il-membri eletti huma:
Ġuża Cassar
Monica Farrugia
Frans Agius
Nikita Zammit Alamango
Catherine Fenech
Ray Falzon
Raymond Mizzi
Alfred Zammit
Manuel Rocco
Neville Gafa’
Joe Cilia
Mark Grech