Wara li saru l-elezzjonijiet każwali għaż-żewġ partiti li tellgħu s-siġġijiet fil-Parlament, ġew eletti sitt nisa għall-Partit Laburista u sitt nisa għall-Partit Nazzjonalista bil-mekkaniżmu favur rappreżentanza iżjed ugwali fil-Parlament.
Dan il-mekkaniżmu ntuża għall-ewwel darba wara l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu hekk kif kien Gvern Laburista li ntroduċa liġi fvur rappreżentanza iżjed indaqs bejn is-sessi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Il-kandidati nisa eletti bil-mekanniżmu huma dawn;
PARTIT LABURISTA
Alicia Bugeja Said, Cressida Galea, Abigail Camilleri, Amanda Spiteri Grech, Naomi Cachia u Davina Sammut Hili
PARTIT NAZZJONALISTA
Janice Chetcuti, Paula Mifsud Bonnici, Julie Zahra, Bernice Bonello, Claudette Buttigieg u Eve Borg Bonello