Ftit tal-ħin ilu ġiet eletta Naomi Cachia bħala l-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti dan hekk kif illum kienet qed issir laqgħa ġenerali straordinarja biex ikun qed jinħatar eżekuttiv ġdid.
Naomi se tkun l-ewwel President mara li se tkun qed tmexxi l-Forum Żgħażagħ Laburisti fejn se tkun qed tieħu post Alex Saliba.
Il-laqgħa ġenerali straordinarja kienet indirizzata l-ewwel mill-Prim Ministru Joseph Muscat fejn qabel il-laqgħa saret elezzjoni biex ikunu maħtura 5 membri uffiċjali fl-eżekuttiv tal-FŻL.