Mahathir Mohamed, ta’ 92 sena ġie elett bħala l-mexxej tal-Malasja. Hu qed ikun meqjus bħala l-ixjeħ mexxej f’din l-elezzjoni kif ukoll fid-dinja.
Mohamed diġà kien inħatar Prim Ministru u r-rebħa storika tiegħu neħħiet il-koalizzjoni ta’ Barisan Nazzjonali (BN), li kienet ilha fil-poter mill-1957.
Il-partitarji favur Mahathir Mohamed ħarġu jiċċelebraw fit-toroq meta semgħu l-aħbar tar-rebħa.
Is-Sur Najib sostna li hu ser jaċċetta u jikkontribwixxi mal-verdett tan-nies, u wiegħed li l-koalazzjoni tiegħu se terġa’ tikseb d-drittijiet mistennija fil-pajjiż.
Il-partit ta’ Mohamad rnexxilu jikseb 113-il siġġu minn 222 filwaqt li l-koalizzjoni ta’ Barisan Nasional, kisbet 79 siġġu.
Iċ-ċerimonja ta’ din l-ħatra spettakolari ser issir llum stess u huwa mistenni wkoll li jkun hemm jumejn vaganza sabiex in-nies jkollhom ċans jiċċelebraw din ir-rebħa storika.