Alberto Fernandez ġie elett bħala President il-ġdid tal-Argentina.Il-kandidat tal-Oppożizzjoni ċentru xellugija ġie elett wara li kiseb iktar minn ħamsa u erbgħin fil-mija tal-voti sabiex għeleb lil Mauricio Macri.
Folol kbar ta’ nies inġabru sabiex jiċċelebraw ir-rebħa ta’ Fernandez. Ċelebrazzjonijiet motivati mill-ħolma tal-poplu sabiex il-pajjiż joħroġ mill-kriżi ekonomika li jinsab fiha.
Filfatt terz tal-popolazzjoni fl-Arġentina jinsab fi stat ta’ faqar.
L-ex President Macri kien wiegħed li ser jegħleb il-faqar fil-pajjiż madankollu s-sitwazzjoni gravat tul il-mandat tiegħu t’erba’ snin.