Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto dalgħodu nħatar bħala Logutenent tal-Gran Mastru tal-Ordni Sovrana ta’ Malta għal perjodu temporanju, dan hekk kif l-Ordni bħalissa għaddejja minn riforma. Dan wara li l-bord elettorali, il-Kunsill Komplut tal-Istat, iltaqa’ f’Ruma.
Hu se jkun qed jieħu ġurament quddiem id-delegat speċjali tal-Papa għall-Ordni, l-Arċisqof Angelo Becciu, u kif ukoll quddiem il-membri al-Kunsill Komplut tal-Istat għada filgħodu fil-Knisja ta’ Santa Marija f’Aventino.
Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto se jkun is-suċċessur ta’ Fra’ Matthew Festing, id-79 Gran Mastru, li rreżenja fit-28 ta’ Jannar tal-2017.
Il-Papa Franġisku ġie infurmat b’dan ir-riżultat b’ittra.