Clayton Bartolo ġie elett fuq it-tnax-il distrett.
Dan kien distrett li kien ta’ Evarist Bartolo fejn ġie deċiż li jċedi t-tnax-il distrett biċ-ċans li jiġu eletta Joseph Matthew Attard, Clayton Bartolo, Alfred Grima jew Deborah Schembri.
S’issa ġew eletti Edward Zammit Lewis mit-tmien distrett, Glenn Bedingfield fuq it-tieni distrett u Manuel Mallia fuq id-disa’ distrett, Rosianne Cutajar fuq is-sitt distrett u biex b’hekk Bartolo se jkun il-ħames kandidat elett minn seba’ li se jiġu eletta waqt dawn l-elezzjonijiet każwali tal-Partit Laburista.
L-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet każwali beda dalgħodu sabiex jimtlew is-seba siġġijiet vakanti ta’ deputati tal-Partit Laburista.