Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat deċiżjoni li l-istqarrijiet inkriminati li ngħataw mir-raġel akkużat bil-qtil tal-Baruni Francis Santa Cassia jitneħħew mill-evidenza.
Dan wara li f’Awwissu tas-sena li għaddiet, il-Qorti laqgħet it-talba tal-akkużat li l-istqarrijiet li għamel jitneħħew mill-evidenza.
Sant Cassia kien inqatel fl-elf, disa’ mija, tmienja u tmenin f’Castello Zammitello fejn kien jgħix fl-Imġarr.
Il-każ kien baqa’ mhux solvut, iżda meta fl-elfejn u erbgħa l-Pulizija kienet qed tinvestiga każ ieħor, wasslet għall-konklużjoni li kien Carmelo Camilleri li spara lil Sant Cassia.
Huwa allegatament kien tħallas somma ta’ flus biex iwettaq dan id-delitt.
Camilleri, li fl-elfejn u sitta, ġie akkużat bil-qtil tal-Baruni Sant Cassia għadu qed jistenna biex jgħaddi ġuri.