L-eks Viċi-Sindku tal-Partit Nazzjonalista fl-Iklin qal li Simon Busuttil remieh u għalhekk qabel ma’ Edwin Vassallo li fil-Partit Nazzjonalista hemm l-egoisti.
Anthony Borg qal li għal snin twal ħadem fil-Partit Nazzjonalista, iżda l-egoiżmu u l-arroganza farkuh. “Jien imweġġa’ ħafna ħabib. Meta lil Kap tlabtu biex inkellmu remieni,” kiteb Anthony Borg li qal li issa tard wisq. F’messaġġ ieħor fuq il-profil ta’ Edwin Vassallo żied “veru l-bieb miftuħ għal kulħadd bħal ma jgħid il-Kap?”
Qal li le għax lil Simon Busuttil talbu biex jiltaqa’ miegħu u njorah.
“Issa jien kont President tal-kumitat sezzjonali Partit Nazzjonalista, Iklin, Assistent tas-Segreterija, tesserat u Viċi Sindku u xorta ma laqaniex. Aħseb u ara ma tkun xejn,” kiteb Borg li qal li dan l-aġir sar ma’ oħrajn li għadhom ma ħarġux fil-beraħ bħalu.