Mohammed Al Hassan Fakrun, ta’ 51 sena minn Benghazi, kien akkużat li bagħbas f’passaport tal-Gwatemala, kien jaf li qed jagħmel użu minnu u forġa dokumenti tal-immigrazzjoni.
Il-każ kien innutat l-Erbgħa, meta l-akkużat kien se jitlaq lejn Istanbul, bl-uffiċjali tal-immigrazzjoni jindunaw li huwa kien fil-pussess ta’ dak li deher bħala passaport falz.
Sa 18-il xahar ilu, Fakrun kien jgħix Malta, u bħalissa jgħix fil-Ġordan u jaħdem it-Turkija. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Din ingħatat mill-Qorti fuq depożiti ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ erbat elef ewro, filwaqt li kien imwissi li jekk il-kundizzjonijiet imposti fuqu, se jkun arrest u jkun konfiskat il-bond ta’ ħamest elef ewro.