Edward Caruana, eks uffiċjal tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, ġie lliberat minn akkużi ta’ tixħim u korruzzjoni f’każ li jmur lura għall-2016.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ma sabitux ħati ta’ korruzzjoni b’rabta ma’ diversi kuntratti fuq bini ta’ skejjel ġodda u xogħlijiet ta’ manutenzjoni.
Il-każ tal-prosekuzzjoni kien iserraħ stqarrijiet li saru minn Philip Rizzo, Giovann Vella u Joseph Carabott.
Il-Maġistrat Frendo Dimech qalet li minkejja li l-prosekuzzjoni ħadet il-każ b’mod professjonali u aġixxiet immedjatament wara li saru l-allegazzjonijiet, ma tressqet l-ebda prova li Caruana talab xi flus li ma kienx intitolat għalihom, illiberatu, u ordnat li l-assi tiegħu ma jibqgħux iffriżati.
Hija ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga diversi persuni dwar ħruġ ta’ invoices foloz.